Notifiki

FILMAT: Sitt persuni mejta wara li ċediet l-art ta’ diskoteka fl-Italja

L-art f’diskoteka fl-Italja ċediet tul il-lejl tal-Ġimgħa u ħalla sitt persuni mejta. 120 persuna qed jingħataw il-kura fl-isptar, b’seba’ minnhom jinsabu fil-periklu li jitilfu ħajjithom. Din it-traġedja seħħet waqt festin għall-istudenti fid-diskoteka Lanterna Azzurra f’Ancona.

Il-midja Taljana qed tirrapporta li ħamsa mill-vittmi kellhom bejn l-14 u s-16-il sena. Jihder ukoll li waqt il-festin intefa’ l-pepper spray, u l-persuni jienu qed jippruvaw joħorġu mill-binja malajr kemm jista’ jkun. L-art ċediet bil-piż tal-persuni li ffullaw viċin il-bieb ta’ barra.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend