BREXIT: Sitt ijiem biss mill-verdett ta’ Westminster – One News

Notifiki

BREXIT: Sitt ijiem biss mill-verdett ta’ Westminster

Il-Prim Ministru Ingliż Therea May tilfet voti importanti fil-Parlament dwar Brexit, waqt li qed tipprova tikkonviċi lill-Membri Parlamentari li għadhom xettiċi dwar il-ftehim dwar il-Brexit mal-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern Ingliż mistenni jippubblika il-parir legali sħiħ, filwaqt li l-Membri Parlamentari insistu li jkollhom sehem dirett f’dak li jiġri f’każ li l-ftehim ta’ Brexit ma jsibx l-appoġġ tal-Parlament nhar it-Tlieta li ġej.

Dan kollu ġara fil-bidu ta’ ħamest ijiem dibattitu dwar l-abbozz Brexit li qed tmexxi Theresa May. Il-Parlament Ingliż f’Westminster se jaqta’ l-kundanna dwar il-ftehim Brexit nhar il-11 ta’ Diċembru li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend