Raġel jitressaq il-qorti t’Għawdex mixli b’diversi akkużi – One News

Raġel jitressaq il-qorti t’Għawdex mixli b’diversi akkużi

Somalu ta’ 28 sena illum ġie akkużat quddiem il-Maġistrat Dr. P. Coppini f’Għawdex, illi nhar it-3 ta’ Diċembru 2018, fiż-Żebbuġ Għawdex u iżjed tard fl-għassa  tal-Pulizija  tar-Rabat,  Għawdex,  attakka  jew  għamel  reżistenza  bi  vjolenza  u  inġurja  jew hedded erba’ uffiċjali tal-Pulizija, kif ukoll ma obdiex l-ordnijiet tagħhom. Ġie akkużat ukoll li rrifjuta li jagħti dettalji tiegħu jew ta dettalji foloz.

Is-Somalu ġie akkużat ukoll li darab b’oġġett iebes u sawwat terza persuna, kif ukoll li ġarr fuq il- persuna tiegħu strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija, li kiser il-paċi pubblika b’għajjat, li kien fis-sakra, kif ukoll li sar reċidiv b’diversi sentenzi tal-Qorti.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm arrestat.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend