In-numru ta’ persuni nieqsa f’Kalifornja kawża tan-nirien jinżel għal 25 – One News

Notifiki

In-numru ta’ persuni nieqsa f’Kalifornja kawża tan-nirien jinżel għal 25

In-numru ta’ persuni rrappurtati nieqsa kawża tan-nirien qattiela li ħakmu l-Istat Amerikan ta’ Kalifornja, niżel għal 25. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat, u fl-eqqel ta’ dan id-diżastru naturali, in-numru ta’ persuni nieqsa kien ilaħħaq l-1,200.

L-agħar inħawi li kienu milquta min-nirien kienu dawk li jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-Istat, fosthom ir-raħal bl-isem Paradise.

Intant, ħaddiema tas-salvataġġ għadhom qed iwettqu operazzjonijiet mill-aktar delikati fost il-fdalijiet tat-18,000 dar li nqerdu fin-nirien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend