Riżenja oħra mill-Gvern ta’ Theresa May – One News

Notifiki

Riżenja oħra mill-Gvern ta’ Theresa May

Il-Ministru għax-Xjenza tar-Renju Unit Sam Gyimah irreżenja mill-kabinett ta’ Theresa May hekk kif iddeskriva il-ftehim Brexit bħala wieħed “fqir”.

Jidher li l-argument tal-eks Ministru tqajjem fuq sehem ir-Renju Unit fil-proġett spazjali Galileo tal-Unjoni Ewropea. May ikkonfermat li r-Renju Unit mhux se jibqa’ parti minn dan il-proġett wara Marzu tal-2019, kontra għal dak miftiehem oriġinarjament.

Waqt li kien qed jagħti r-riżenja, l-eks Ministru għax-Xjenza qal li l-ftehim Brexit ġab ix-xewqat tal-Unjoni Ewropea l-ewwel u qabel kollox.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend