Il-Partit Laburista japprova iktar kandidati għall-elezzjoni ta’ Mejju 2019 – One News

Notifiki

Il-Partit Laburista japprova iktar kandidati għall-elezzjoni ta’ Mejju 2019

 

Il-Partit Laburista approva erba’ kandidati oħra għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju tas-sena d-dieħla.

Mary Gauci, Robert Micallef, Alfred Sant u Lorna Vassallo se jingħaqdu mal-għaxar kandidati li kienu diġa’ approvati biex issa l-Partit Laburista għandu tim ta’ 14-il kandidat.

Il-bqija tal-kandidati approvati huma Alex Agius Saliba, Felix Busuttil, Josef Caruana, Noel Cassar, Josianne Cutajar, Miriam Dalli, Cyrus Engerer, James Grech, Joe Sammut u Fleur Vella.

Fi stqarrija, l-Partit Laburista fisser kif għandu kandidatura b’saħħitha li toffri għażla mill-aqwa lill-elettorat Malti li għandu firxa wiesgħa ta’ nies biex minnhom jgħażel min se jirrappreżentah. Filwaqt li l-kandidati joffru ħiliet differenti għandhom ilkoll l-għan ewlieni li jġibu fuq quddiem nett l-interess ta’ pajjiżna u ċ-ċittadini tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend