Scaffolding fil-Gżira f’periklu li jċedi kawża tar-riħ qawwi – ħidma mill-Protezzjoni Ċivili biex jerġa’ jintrabat – One News

Scaffolding fil-Gżira f’periklu li jċedi kawża tar-riħ qawwi – ħidma mill-Protezzjoni Ċivili biex jerġa’ jintrabat

Scaffolding li kien qed jgħatti binja fi Triq Rue D’Argens, il-Gżira, kien f’periklu li jaqa’ kawża tar-riħ qawwi li għadda minn fuq pajjiżna fl-aħħar ħin. 

Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq il-post għall-ħabta tal-22:00 tat-Tlieta filgħaxija. Kien hemm preżenti wkoll it-taqsima speċjalizzata tal-USAR.

L-operazzjoni delikata ħadet il-ħin sakemm l-istruttura kbira ġiet stabbilizzata, u reġgħet intrabtet mal-faċċata tal-binja li kienet qed tinbena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend