Biex tfittex l-għajnuna u tiġġieled il-vizzju tad-droga – One News

Notifiki

Biex tfittex l-għajnuna u tiġġieled il-vizzju tad-droga

Nisa li huma mirkuba minn sustanzi bħalma hija d-droga huma aktar suxxettibbli għall-abbuż milli huma l-irġiel fl-istess qagħda tagħhom.

Dan ħareġ waqt konferenza nazzjonali li ttellgħet mill-Fondazzjoni Oasi u l-Kunsill Lokali tan-Naxxar bit-tema ‘In-Nisa u l-Addiction! – Id-dinja tal-addiction hija wahda sessista?’ 

Il-Kap Eżekuttiv tal-fondazzjoni Oasi, Noel Xerri, saħaq li għalkemm qed isiru bosta miżuri sabiex is-sessi jkunu ugwali, jidher li meta l-mara tkun għaddejja mill-vizzju tista’ tigi abbużata aktar u għalhekk saħaq fuq il-bżonn li jkun hemm hemm servizzi li jittrattaw il-bżonnijiet differenti:

 

“Għalkemm qiegħdin nippruvaw we bridge the gap, x’ħin tħares per eżempju anke lejn is-servizzi li jeżistu, il-maġġoranza tagħhom huma indirizzati lejn l-irġiel, anke hemm barra fit-triq.  Fit-triq meta bniedem ikun qed juża, naraw li hija dominata iktar mill-irġiel, mill-mara li hija suġġetta u abbużata ħafna iktar minn naħa tal-irġiel”.

Is-Sur Xerri qal li l-Fondazzjoni Oasi, li ilha mwaqqfa sal-mill-1989, qed toffri servizzi tagħha lil madwar 60 ruħ, b’iktar persuni qed jistennew sabiex jibdew jigu mgħejjuna f’qasir żmien:

 

“ L-għan tagħha hu li noffru għajnuna terapewtika u professjonali lil persuni li qegħdin jabbużaw mis-sustanzi, kif ukoll nqajjmu għarfien u kuxjenza fost il-poplu rigward l-addictions li jeżistu, t-tipi tagħhom, u kif dawn qed jaffettwaw lil pajjiż b’mod ġenerali”.

Huwa appella sabiex kull min qed jaffaċċja l-vizzju tad-droga jew tal-alkoħol ma jiddejjaqx ifittex l-għajnuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend