ARA: Il-PM ma’ kelliema ewlenin f’summit dwar il-blockchain fl-Iżvizzera – One News

Notifiki

ARA: Il-PM ma’ kelliema ewlenin f’summit dwar il-blockchain fl-Iżvizzera

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li għadd kbir ta’ kumpanija qegħdin jirrilokaw f’Malta wara li pajjiżna kien l-ewwel ġurisdizzjoni li waqqfet leġislazzjoni li toffri trasparenza u stabbiltà fl-industrija tal-blockchain.
Dr Muscat qal dan f’konferenza li matulha kien wieħed mill-kelliema ewlenin ta’ summit f’Basel fl-Iżvizzera dwar il-Blockchain li ddiskuta kif din it-teknoloġija ġdida qed tiġi adottata fuq livell governattiv.

Il-Prim Ministru qal li l-leġislazzjoni li ġiet addottata f’Malta hija waħda newtrali u mhix speċifikament marbuta mal-blockchain biss. Qal li dan jagħti vantaġġ lil Malta biex tkun imħejjija għal teknoloġiji futuri.

Kompla jgħid li l-Gvern Malti qed japplika din it-teknoloġija fil-qasam edukattiv u l-kwalifiki. Dan ifisser l-persuna m’għandhiex għax toqgħod iġġorr magħha iċ-ċertifikati minn post għall-ieħor.

Il-Prim Ministru saħaq li l-Gvern qed iħares ‘il quddiem biex jadotta din is-sistema wkoll fil-qasam tas-saħħa, trasport u anke fid-dipartiment tal-artijiet.

“Malta qed taspira li ssir l-iktar pajjiż innovattiv fid-dinja f’din l-industrija billi tinbena eko sistema ideali għall-kumpaniji li jridu jinvestu f’teknoloġiji ġodda”, qal il-Prim Ministru fejn aċċenna wkoll li pajjiżna qed joffri assikurazzjoni u trasparenza permezz tal-leġislazzjoni li saret bi ħsieb wara konsultazzjoni serja mal-persuni relatati f’dan il-qasam.

Fir-ritratt: Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ Johann Gevers; fundatur tal-Crypto Valley eco-system.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend