Splużjoni kbira f’Londra wara li 11-il karozza tal-linja ħadu n-nar – One News

Notifiki

Splużjoni kbira f’Londra wara li 11-il karozza tal-linja ħadu n-nar

11-il karozza tal-linja ħadu n-nar u kkawżaw splużjoni matul il-lejl li għadda f’Londra, fl-inħawi ta’ Farnborough HIll f’Orpington. L-awtoritajiet qed jgħidu li 7 minn dawn iġġarrfu għal kollox, filwaqt li għad hemm ċans li jkunu salvati erbgħa minnhom. 

30 vettur oħra tressqu f’post aktar sigur hekk kif diversi pumpiera ħadmu biex jikkontrollaw in-nirien.

Jidher li dan kollu seħħ għall-ħabta tal-04:00 ħin tal-post, b’diversi residenti jgħidu li qamu hekk kif semgħu splużjoni kbira.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend