ARA: Opportunità sabiex tissieħeb fil-Forzi Armati ta’ Malta – One News

Notifiki

ARA: Opportunità sabiex tissieħeb fil-Forzi Armati ta’ Malta

63 rekluta bdew it-taħriġ militari fil-Forzi Armati ta’ Malta biex isegwu karriera militari.Taħriġ kemm akkadmeiku u fiżiku li se jdum għaddej għal madwar 20 ġimgħa.

Matul dawn il-ġimgħat huma se jiksbu l-esperjenza meħtieġa sabiex iservu b’lealtà lejn ir-Repubblika ta’ Malta f’din il-Forzi tal-Ordni.

Fil-Barracks tas-suldati f’Ħal Luqa segwejna parti mit-taħriġ tagħhom fejn ir-rekluti fost oħrajn bdew jitħarrġu għad-drill ċerimonjali.

Fil-karriera tagħhom fl-Armata, is-suldati mhux l-ewwel darba li jissejħu biex jipparteċipaw f’xi parata li ssir f’xi festa nazzjonali jew waqt żjara statali f’pajjiżna.

It-tieni Logutenent Wayne Tonna li huwa inkarigat mit-taħriġ tar-rekluti spjega kif il-kors militari issa beda jiġi akkreditat mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla fil-livell ta’ MQF 3:

“Hemm taħriġ fl-army, fl-infanterija, fiċ-ċerimoniji li qegħdin naraw warajna, kif jaqraw mappa u radio u anke first aid course”.

Il-qofol tat-taħriġ jintlaħaq meta ir-rekluti jintbagħtu jgħixu taħt saqaf wieħed għal ġimagħtejn:

“Il-live-in għadu jsir u kif. Għal dawn il-ġimgħatejn imorru u jinghataw verament l-esperjenza ta’ xogħol tal-AFM”.

Dan kollu se jwassal lir-rekluti biex isiru gunners u jitqassmu sabiex jibdew jaħdmu fis-sezzjonijiet jew tal-ajru jew marittimu jew fuq l-art.

Madwar 1,700 suldat jiffurmaw l-Forzi Armati ta’ Malta. Bil-Forzi Armati ta’ Malta, reġgħet fetħet l-applikazzjonijiet għal dawk interessati li fl-Armata u jsegwu karriera millitari.

Dawk kollha li jixtiequ jaħdmu fis-sezzjonijiet kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta, jew inkella huma kwalifikati f’xi sengħa bħala mechanic jew mastrudaxxa jew huma mużiċisti u jixtiequ karriera fil-Banda ta’ Forzi Armati ta’ Malta huma mħeġġa li japplikkaw f’din is-sejħa.

Is-sejħa hija miftuħa wkoll għal fizzjali kadetti.

It-tieni Logutenent Wayne Tonna ħeġġeġ lil dawk kollha interessati biex japplikkaw għax il-karriera fl-Armata tagħtik ħafna sodisfazzjon:

“Hija karriera sabiħa, u anke għal dawk li togħġobhom l-avventura hija karriera sabiħa ħafna”.

L-applikazzjonijiet jagħqlu fl-4 ta’ Diċembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend