Raġel l-isptar wara li allega li ħebbew għalih f’Paceville – One News

Notifiki

Raġel l-isptar wara li allega li ħebbew għalih f’Paceville

Somalu ta’ 44 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, spiċċa rikoverat fl-Isptar Mater Dei wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu mar minn jeddu għall-kura.

Dan ġara għall-ħabta tas-02.30 fejn il-pulizija kienet infurmata li r-raġel mar għall-kura minn jeddu u qal li kien safa attakkat f’Paceville.

Ir-raġel ġie rrilaxxat ftit tal-ħin wara minħabba li ma kellu ġrieħi serji.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-allegazzjonijiet li għamel ir-raġel. Aktar dettalji ‘il quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend