Nisa Laburisti tikkundanna diskors abbużiv

Nisa Laburisti kkundannat id-diskors abbużiv fil-konfront tad-deputat Rosianne Cutajar li għax twettaq il-ħidma politika tagħha spiċċat mgħajjra bi kliem dispreġjattiv, fosthom b’diskors bħal qaħba fil-parlament. 

Il-President ta’ Nisa Laburisti, Nikita Zammit Alamango, saħqet li dan mhux aġir li jinkoraġixxi n-nisa jidħlu fil-politika kif ukoll huwa aġir li ma jagħmilx ġieh li min jagħmlu.

Zammit Alamango żiedet li dawn l-attakki minn persuni fil-Partit Nazzjonalista u oħrajn viċin Simon Busuttil mhumiex tal-ewwel darba u rrimarkat kif huwa ipokrita l-aġir ta’ min tali dikjarazzjonijiet ma jikkundannahomx dejjem.

Zammit Alamango qalet f’demokrazija nistgħu ma naqblux imma mhux inġibu ruħna fil-konfront ta’ xulxin b’dan il-mod. Finalment ħeġġet lil kul min hu ta’ rieda tajba biex jikkundanna dawn il-kummenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend