Jinqabdu 44 kilo kokaina fil-Freeport – One News

Notifiki

Jinqabdu 44 kilo kokaina fil-Freeport

44 kilo droga kokaina ġew interċettati fil-Port Ħieles ta’ pajjiżna, liema ammont huwa stmat li jlaħħaq mal-€4.5  miljun.

Dawn instabu fil-panelli ta’ friża f’kontejner. B’kollox kien hemm 35 pakkett individwali li flimkien jammontaw 44 kilo. Id-droga ġiet interċetata permezz tal-iscanner il-ġdid Nuctech.

Id-droga telqet mill-Equador u waslet fil Port Ħieles ta’ Malta fejn hemmhekk ġiet interċetata mill-uffiċjali tad-dwana. Din id-droga kienet fi triqitha għas-suq Ċiprijott.

Il-każ itieħed mill-ewwel għand il-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, filwaqt li nfetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend