Il-PM jinawgura ċentru ta’ riċerka dwar il-blockchain f’Għawdex – One News

Notifiki

Il-PM jinawgura ċentru ta’ riċerka dwar il-blockchain f’Għawdex

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura ċentru għar-riċerka dwar il-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali f’Għawdex li se jkun immexxi minn Noovle Group. Noovle hija kumpanija Ewropea b’uffiċċji fl-Italja, Pariġi, u Bratislava, u issa, Għawdex. 

Dan wara li Noovle iddeċiediet li tespandi l-operat tagħha fil-hub tal-innovazzjoni f’Għawdex. Il-grupp ta’ ħaddiema li se jaħdmu f’din il-bażi se jkunu ċċertifikati minn Google wara taħriġ speċifiku. Dan iċ-ċentru ta’ riċerka għandu l-għan li jikkumplimenta l-iżvilupp teknoloġiku ta’ Malta. Sal-2020, Noovle se żżid il-ħaddiema tagħha b’35 bil-għan li żżid il-vantaġġ kompetittiv tas-suq lokali.

Preżenti għall-ftuħ kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, u rappreżentanti ta’ Noovle.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend