Il-K.E. tilqa’ l-proposta tad-Dwana Maltija għax-xiri ta’ scanner ġdid għall-bagalji fl-ajruport – One News

Notifiki

Il-K.E. tilqa’ l-proposta tad-Dwana Maltija għax-xiri ta’ scanner ġdid għall-bagalji fl-ajruport

L-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-frodi, l-OLAF, approva proposta tad-Dipartiment tad-Dwana Maltija biex jixtri scanner ġdid biex ikunu mistħarrġa l-bagalji kollha li jgħaddu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

F’intervista ma’ ONE News ftit taż-żmien ilu, id-Direttur Ġenerali tad-Dwana, Joe Chetcuti, qal li bil-għan li d-Dwana ssaħħaħ ħidmietha fl-ajruport, ipproponiet lill-Kummissjoni Ewropea biex tixtri dan it-tagħmir ġdid b’investiment ta’ €300,000.

Il-proposta kienet studjata mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li approva l-finanzjament ta’ 90% tal-fondi għal dan it-tagħmir.

Dan it-tagħmir se jkun qed janalizza kull bagalja qabel tinġabar mill-passiġġiera.

Ara wkoll:

Id-Dwana se ssaħħaħ ħidmietha fl-Ajruport

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend