Ta’ Metsola jmeru lil Delia fuq il-Kummissjoni Venezja – One News

Notifiki

Ta’ Metsola jmeru lil Delia fuq il-Kummissjoni Venezja

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja, u Affarijiet Interni tal-Parlament Ewropew kellu kliem pożittiv għall-fatt li pajjiżna laqa’ s-suġġeriment li jsejjaħ il-Kummissjoni Venezja.

Dan intqal f’diskussjoni dwar rapport li sar fuq pajjiżna mid-delegazzjoni li kien hemm parti minnha l-ewroparlamentari Nazzjonalista, Roberta Metsola.  

Anke jekk reġa’ kien hemm kritika inġusta lejn Malta, iċ-ċerpersin ta’ dan il-grupp, l-MEP Sophia in ‘t Veld,  tkellment ċar dwar l-importanza tal-Kummissjoni Venezja:

“On the positive side we welcome that the Maltese government has taken our suggestion to invite the venice commission to do an audit. Venice Commission will report back in December”.

Din l-MEP ma kinetx l-uniku waħda li tkellmet dwar kemm hu pożittiv li ġiet Malta l-Kummissjoni Venezja. L-MEP Awstrijak Josef Weidenholzer qal li hu ukoll laqa’ d-deċiżjoni ta’ Malta li tilqa’ lill-Kummissjoni Venezja.

Dan ifisser li fil-kumitat kien ikkonfermat kif il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, li ħareġ jattakka din il-kummissjoni, hu iżolat għalkollox dwar dan is-suġġett.

Fil-fatt attakka bl-aħrax lill-Gvern li ħa dan is-suġġeriment. Suġġertiment li ttieħed għax kif spjega l-Prim Ministru m’għandux min xix jiddejjaq.

Biex issa lil Delia anke l-grupp ta’ Roberta Metsola qed jgħidlu li m’għandux raġun.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend