Kif tista’ tgħin lill-familja li tilfet darha fin-nirien f’Ħal Luqa? – One News

Notifiki

Kif tista’ tgħin lill-familja li tilfet darha fin-nirien f’Ħal Luqa?

Wara l-inċident li ġara l-Ħadd li għadda 18 ta’ Novembru 2018 f’Ħal Luqa fejn nirien ħakmu residenza f’Ħal Luqa fi Triq Wesgħet il-Vittmi tal-Gwerra, infetaħ kont bankarju biex tiġi mgħejuna l-familja.

Wieħed jista’ jgħin lill-familja billi jagħmel donazzjoni bankarja fuq il-kont tal-BOV: MT 45 Vall 2201 3000 0000 4002 3123 225. Fuq il-midja soċjali, membru mill-familja Melanie Penza tellgħet talba għall-għajnuna fejn irringrazzjat ukoll lill-poplu Malti tal-ġenerożità tiegħu.

Kollox jindika li n-nar oriġina minn presepju kbir li kien armat fil-garaxx u minħabba materjal ta’ kartun, jablo u żebgħa, n-nar infirex u kawża tat-temperaturi għoljin seħħet dik li tissejjaħ spontaneous combustion u n-nar dlonk infirex għall-kumplament tar-residenza.

Il-familja qed tapella biex tingħata garaxx temporanju fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta, biex jilqgħu fih id-diversi għotjiet.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend