Gomes imgiddba minn kollega – One News

Notifiki

Gomes imgiddba minn kollega

L-MEP Portugiża Ana Gomes kienet mwissija biex tkun fattwali għax inkella ttellef il-kredibbiltà tal-Parlament Ewropew.

Dan f’laqgħa ta’ Kumitat Parlamentari aktar kmieni llum, li matulu reġgħet fetħitilha kontra Malta, bl-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola tindika li taqbel magħha.    

 

Gomes irrepetiet allegazzjonijiet foloz li kienu dehru fuq il-ministru Cardona u li llum irriżultaw bil-provi li kienu gidba:

“Minister Cardona, Minister for Economy, drinking with some of the suspects that have been in jail. Materila authors of the bombing”.

Ikkoreġitha MEP oħra li lill-Malta kritikata mhux darba u tnejn. Hawnhekk, l-MEP Sophia In’tVeld qalet:

“The allegations of Cardona meeting people in the pub have by now, I understand, been disproven”.

Il-messaġġ lil Gomes kien ċar, minkejja li l-kollega tagħha wissietha li trid tkun fattwali, inkella se titlef il-kredibiltà

Iżda, issa Gomes mhux problema ta’ kredibbiltà waħda għandha, għax fi tmiem il-ġimgħa rapporti online żvelaw aġir li qajjem dubji.

Dan b’mod partikolari b’rabta ma’ frodist biljunarju magħruf mad-dinja.

Gomes qalet li dwar dan qed tikteb lill-pulizija fil-Belġju u l-Portugall:

“I am in this moment writing to the police in Belgium and to the criminal police in Portugal. And of course I will give you a copy of the letter of my participation against this crime”.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend