Jekk int edukatur, tista’ tkompli tistudja mill-kumdità ta’ darek – One News

Jekk int edukatur, tista’ tkompli tistudja mill-kumdità ta’ darek

L-edukaturi Maltin jistgħu jkomplu bl-istudji akkademiċi mill-kumdità ta’ darhom filwaqt li jkomplu bil-karriera tagħhom permezz ta’ pjattaforma onlajn ġdida fis-sit tal-Istitut tal-edukazzjoni.

Il-pjattaforma issa se tagħti l-opportunità biex l-l-akkademiċi u l-edukaturi Maltin ikollhom ċans li japplikaw u jagħmlu korsijiet u taqsimiet ta’ studju fuq l-internet.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut tal-Edukazzjoni, Joanne Grima, qalet li l-pjattaforma ġdida toffri ’l fuq minn 80 taqsima ta’ studju:

“Dan huwa platform ħaj. Għaliex il-korsijiet il-ħin kollu jiżdiedu. Għandna 80 kors qasir li diġà hemm aċċess għalihom”.

Hija elenkat ukoll xi karatteristiċi li tinkludi din il-pjattaforma ġdida:

Il-platform toffri opportunitá ta’ forum fejn il-persuna li tkun qed tagħmel il-kors tagħmel ir-riflessjonijiet tagħha fuq il-clips jew readings li tkun għamlet, u wara, sħabha mill-kors stess ikomplu jirriflettu magħha, jaqblu jew ma jaqblux, u jiddiskutu bejniethom imma b’mod virtwali”.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo saħaq dwar l-importanza li l-edukaturi jkomplu jiżviluppaw ruħhom akkademikament anke wara l-ħin tax-xogħol.

Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarji Parlamentari Aaron Farrugia u Clifton Grima. Farrugia tenna li b’inizjattivi bħal dawn Malta qed tkompli tkun minn ta’ quddiem f’dinja diġitali. Huwa qal ukoll li bħalissa Malta impenjata sabiex tirdoppja l-fondi Ewropej favur l-innovazzjoni u diġitazzjoni.

Minn naħa tiegħu is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima spjega kif l-Istitut tal-Edukazzjoni ser ikompli jgħin jiżviluppa u jinkorpora valuri importanti fl-edukaturi Maltin u Għawdxin kollha sabiex b’hekk igawdu minnhom il-ġenerazzjonijiet li jmiss.

Dan sabiex uliedna jkomplu jirċievu l-aqwa edukazzjoni minn edukaturi aġġornati ma’ dinja li dejjem qed tibqa’ tiżviluppa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend