1 minn kull 4 persuni fid-dinja huma affettwati minn problema ta’ saħħa mentali – One News

Notifiki

1 minn kull 4 persuni fid-dinja huma affettwati minn problema ta’ saħħa mentali

Skont stħarriġ tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, wieħed minn kull erba’ persuni fid-dinja huma affettwati minn problemi ta’ saħħa mentali.

Fil-ħajja li qegħdin ngħixu llum, il-problemi tas-saħħa mentali qegħdin dejjem jiżdiedu, u minn stħarriġ li sar mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatrija jirriżulta li f’Malta għandna bzonn ta’ iktar professjonisti jaħdmu f’dan il-qasam.

 

L-istudju wera li Malta teħtieġ bejn 45 u 60 pskijatra oħra fis-settur tas-saħħa mentali biex joffri servizz lill-adulti. L-istudju wera wkoll il-bżonn ta’ disa’ psikjatri li jaħdmu direttament mat-tfal u l-addoloxenti.

Il-President tal- Assoċjazzjoni Maltija tal-psikjatrija, Nigel Camilleri tkellem dwar l-importanza li jkollna aktar professjonisti jaħdmu f’dan il-qasam. Qal li dan l-istħarriġ sar fuq inizjattiva tal-Ministeru tas-saħħa sabiex jigu analizzati servizzi offruti lill-persuni li jbatu minn mard mentali.

Madankollu f’dawn l-aħħar erba’ snin, il-lista ta’ stennija għat-tfal u adodloxxenti sabiex jaraw psikjatra naqset minn għaxar xhur ghal sitt xhur.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatrija kellha kliem pozittiv għall-investiment li se jagħmel il-gvern fi sptar mentali ġdid.

 L-Assoċjazzjoni ħeġġet ukoll lill-Gvern jalloka aktar fondi għall-kura fil-komunità. Qalet li dan ikompli jnaqqas l-istigma dwar is-saħħa mentali u jiftaħ possibilitajiet ġodda fl-għoti ta’ servizzi ta’ kwalità fil-komunitajiet lokali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend