Notifiki

Żieda ta’ €26 miljun mill-industrija tal-akwakultura

Is-sena li għaddiet, il-produzzjoni mis-settur tal-akwakultura laħqet kważi l-€204 miljun, żieda ta’ aktar minn €26 miljun meta mqabbel mal-2016.

L-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li din iż-żieda ta’ kważi 15% fuq is-sena l-oħra kienet l-iżjed mill-fish farms li jrabbu t-tonn u l-awrat.

Żied jingħad li minkejja ż-żieda, l-ispejjeż tal-industrija żdiedu bi kważi €61 miljun jew bi 43% meta mqabbel mat-total mal-2016. Dan bil-konsegwenza li l-valur miżjud tas-settur kien ta’ €100,000.

L-industrija ħallset kważi €5 miljun f’pagi, żieda ta’ miljun u mitt elf ewro meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Matul l-istess perjodu, inbiegħu aktar minn 15,700 tunnellata ta’ ħut, jiġifieri żieda ta’ aktar minn 15%. Il-bejgħ tat-tonn mill-fish farms kien jammonta għal aktar minn 85%, żieda ta’ aktar minn 16% meta mqabbel mal-2016.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend