AĠĠORNAT: taqa’ ħadida fuqu waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira – One News

AĠĠORNAT: taqa’ ħadida fuqu waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira

Raġel ta’ 54 sena minn Ħal Luqa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet ħadida fuqu fi Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex.

Dan seħħ għall-ħabta ta’ 12:10 meta r-raġel kien għaddej b’xi xogħol permezz ta’ krejn f’sit tal-kostruzzjoni fl-inħawi.

Wara li ttieħed l-isptar għall-kura, kien ikkonfermat li r-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend