Sehem Malta kien fundamentali f’investigazzjoni kontra l-ħasil tal-flus fl-Italja – One News

Notifiki

Sehem Malta kien fundamentali f’investigazzjoni kontra l-ħasil tal-flus fl-Italja

L-Awtoritajiet Maltin ikkoperaw bis-sħiħ f’investigazzjoni dwar ħasil tal-flus minn għaqda tal-krimintalità organizzata fl-Italja li jingħad li qed tmexxi l-industrija tal-logħob tal-azzard b’mod majfuż.

Il-kamra tal-aħbarijiet Taljana Rai News irrappurtat li 68 persuna ġew arrestati, u assi li jammontaw għal aktar minn biljun ewro ttieħdu mill-Italja u pajjiżi oħra. Dan wara li saru tliet investigazzjoni differenti f’Bari, Reggio Calabria, u Catania. Dawn kienu kkordinati mid-Direttorat Nazzjonali ta’ kontra l-Majfa u t-Terroriżmu. Jidher li l-industrija tal-logħob tal-azzard immexxija mis-suspettati taqbeż’ l-erba’ biljun ewro.

Il-Guardia di Finanzia fl-Italja u l-Carabinieri ħarġu madwar 80 mandat għat-tfitxxija f’diversi bliet Taljani.

Dawn il-persuni ġew arrestati fost oħrajn fuq assoċċjazzjoni mal-mafja, frodi, ħasil ta’ flus, u evażjoni tat-taxxa. Jidher li l-flus li nġemgħu b’mod illegali kieu użati għall-propjetà u pożizzjonijiet finanzjarji barra mill-Italja.

L-awtoritajiet Taljani żiedu jgħidu li sehem Malta f’din l-investigazzjoni kienet waħda fundamentali biex jinstabu l-assi akkumulati u jinżammu mil-liġi.

Fost pajjiżi oħra li għenu fl-investigazzjoni kien hemm l-Awstrija, ir-Renju Unit, l-Olanda, is-Serbja, u Spanja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend