ARA: Il-Programm LEAP bi profil fuq persuni vulnerabbli biex ikompli jitnaqqas il-faqar – One News

Notifiki

ARA: Il-Programm LEAP bi profil fuq persuni vulnerabbli biex ikompli jitnaqqas il-faqar

Il-programm LEAP qed ikompli jkun ta’ għodda kruċjali sabiex jitnaqqas il-faqar.

L-għan tal-programm hu li permezz ta’ diversi ċentri madwar Malta u Għawdex,  persuni vulnerabbli jsibu spalla u għajnuna soċjali sabiex jitħarrġu u jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Id-direttur tal-Programm LEAP, Stephen Vella, spjega qal li saru aktar minn 18-il elf profil f’diversi oqsma fosthom 800 profil ta’ persuni b’diżabilità, kważi 15,000 profil ta’ persuni li jibbenefikaw mit-tqassim tal-ikel tal-unjoni ewropea u mill-istat u kważi ħames mitt familja oħra li tibbenfika mill-iskema tal-White Goods:

“B’kollaborazzjoni ma ħafna entitajiet oħra, fosthom il-Housing Authority, il-Water and Energy Agency, u entitajiet oħra li jaħdmu fil-kamp soċjali, aħna nniedu dak li ngħidulu profile system, nagħmlu profil ta’ familja biex nippruvaw nilħqu l-ħtiġijiet tagħhom b’mod partikolari”.

Il-profil fuq in-nies isir biex jitfassal pjan ta’ ħidma fuqhom ħalli b’hekk l-għajnuna li tingħata tkun speċifika għall-bżonnijiet tagħhom:

“Ilħaqna ‘l fuq minn 18,000 persuna li għamilna l-profil tagħhom, u wara l-profil isir eżerċizzju biex dawn l-individwi jintegraw sew fid-dinja tax-xogħol jew biex itejbu s-sitwazzjoni li jinsabu fiha”.

Dan kollu qed iseħħ sabiex tkompli tingħata daqqa ‘l isfel lill-problema tal-faqar:

“Id f’id ilkoll kemm aħna bħala entitajiet li naħdmu fil-kamp soċjali, nilħqu dawk in-nies li huma vulnerabbli biex kemm jista jkun jelevaw lilhom nfushom u joħorġu mid-dinja tal-faqar”.

Fil-fatt permezz taċ-ċentri LEAP kienu mijiet il-persuni li ħarġu mill-morsa tal-faqar wara li sabu spalla u daħlu fid-dinja tax-xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend