Militanti Palestinjani jisparaw madwar 400 rokit lejn Iżrael – One News

Notifiki

Militanti Palestinjani jisparaw madwar 400 rokit lejn Iżrael

Iżrael qal li ajruplani militari tiegħu laqtu diversi miri tal-militanti Palestinjani matul il-lejl f’Gaza, wara li l-militanti sparaw kważi 400 rokit lejn Iżrael.

Minn tal-inqas tliet Palestinjani mietu f’dawn l-attakki fuq Gaza, filwaqt li persuna ċivili inqatlet f’attakk bir-rokits bil-belt Iżraeljana ta’ Ashkelon.

L-Iżrael u l-Hamas, li għandhom il-kontroll tal-Istrixxa ta’ Gaza, heddew li se jżiedu l-azzjonijiet tagħhom.

Il-vjolenza nqalgħet wara li missjoni Iżraeljana ġiet esposta f’Gaza fil-jum tal-Ħadd. Seba militanti Palestinjani, fosthom kmandant tal-Hamas, inqatlu waqt l-inċident.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend