El Chapo mistenni jibda proċess ġudizzjarju llum fi New York – One News

Notifiki

El Chapo mistenni jibda proċess ġudizzjarju llum fi New York

Il-proċess ġudizzjarju ta’ Joqauin “El Chapo” Guzman mistenni jibda fi New York taħt sigurta stretta.

Huwa kien arrestat f’Jannar tal-2016 wara li ħarab mill-ħabs permezz ta’ mina 5 xhur qabel.

Il-Messikan jinsab akkużat li kien il-moħħ wara l-cartel b’saħħtu tad-droga Sinaloa, li l-prosekuturi jgħidu li kien l-ikbar fornitur tad-drogi fl-Istati Uniti.

Assoċjati importanti, fosthom eks logutent tiegħu, mistennija jagħtu x-xhieda kontrih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend