Kumment fuq Facebook swiha €1,000 – One News

Notifiki

Kumment fuq Facebook swiha €1,000

Il-Qorti ordnat lil żagħżugħa tħallas €1,000 f’danni lil sid ta’ ħanut wara li ppubblikat kummenti fuq Facebook li għamlu ħsara lill-vittma. 

Jidher li l-kitba saret fil-konfront ta’ Charmaine Martin, sid ta’ ħanut tas-sbuħija tal-annimali domestiċi, li għal xi żmien għalqet il-ħanut minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Meta bagħtet messaġġ lill-klijenti tagħha li kienet se tiftaħ il-ħanut mill-ġdid, l-akkużata, Jasmine Urry, qalet li ma kinitx se tmur għandha minħabba li tneħħiet mill-Facebook ta’ sid il-ħanut, wara li qaltilha biex ma tibqax tikteb kummenti politiċi fuq Facebook.

Jidher li l-akkużata ppubblikat ritratti fuq grupp politiku fuq Facebook, li juru l-messaġġi li dawn bagħtu lil xulxin. Sid il-ħanut talbet lill-akkużata biex tneħħihom mis-sit iżda kien kollu ta’ xejn. Dawn eventwalment tneħħew mill-amministratur tal-grupp.

Il-Qorti nnutat li l-kumment sar bil-għan li ssir ħsara lill-vittma. Il-Maġistrat Francesco Depasquale wera tħassib dwar il-mod kif persuni jużaw il-midja soċjali, li saħaq li hemm bżonn li dak li jkun jagħraf il-ħsara li dawn jistgħu jagħmlu.

Jasmine Urry kienet ordnata tħallas €1,000 f’danni lil sid il-ħanut.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend