Kim Kardashian, Lady Gaga, u ċelebritajiet oħrajn sfurzati jħallu djarhom minħabba n-nirien f’Kalifornja – One News

Notifiki

Kim Kardashian, Lady Gaga, u ċelebritajiet oħrajn sfurzati jħallu djarhom minħabba n-nirien f’Kalifornja

Bosta ċelebritajiet kienu affettwati min-nirien qattiela li ħakmu l-Istat Amerikan ta’ Kalifornja. Ħafna minnhom kellhom jevakwaw djarhom, u saħansitra wħud mid-djar tagħhom inqerdu għal kollox kawża tan-nirien.

Jidher li l-familja Kardashian hija l-aktar familja ċelebrità affettwata. Id-dar ta’ Caitlyn Jenner inqerdet għal kollox ilbieraħ, iżda hi tinsab sikura f’dar oħra. Khloè Kardashian ħalliet darha ma’ bintha, True, u qed tgħix ma’ ħuha Robert sakemm ikun sikur biżżejjed biex tirritorna lura f’darha f’Malibu. L-istess jista’ jingħad għal Kim Kardashian, Kourtney Kardashian, u l-iżgħar aħaw fil-familja, Kendall u Kylie Jenner.

Il-kantanta Lady Gaga evakwat darha l-Ġimgħa filgħodu, u f’messaġġ fuq Twitter qalet li se tkun qed titlob għas-sigurtà u s-saħħa ta’ dawk kollha maqbuda fin-nirien, fosthom il-pumpiera qalbiena li qed jiġġieldu n-nirien.

L-attur Orlando Bloom qal fuq il-midja soċjali li n-nirien kienu wasslu fit-triq fejn joqgħod hu f’Malibu. Huwa kien laħaq ħalla daru, iżda hemm ċans li din inqerdet għal kollox.

Intant, id-djar tal-attur Gerard Butler u l-kantant Robin Thicke fost oħrajn inqerdu kompletament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend