BIL-FILMAT: Servizz b’xejn għal persuni transgender – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Servizz b’xejn għal persuni transgender

Mit-Tnejn 12 ta’ Novembru, persuni transgender jew dawk li ma jħossuhomx komdi bl-identità tagħhom, se jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi speċjalizzati bla ħlas mill-Gender Wellbeing Clinic li se tibda topera mill-klinika tas-saħħa fl-Imtarfa.

L-ispeċjalista fis-saħħa pubblika Dr. Alexia Bezzina spjegat li s-servizzi offruti f’din il-klinika jvarjaw minn ormoni u interventi kirurġiċi, għal speech therapy u servizzi psikosoċjali.

Servizzi li kollha se jingħataw minn tim dixxiplinarju magħmul minn endokrinologu, kirurgi u tobba fost l-oħrajn.

“Qed nistennew dawk in-nies li diġa huma fuq xi hormone treatment jew diġa għamlu xi surgeries barra minn Malta jew fil-privat u bħalissa qed iħallsu għall-hormones minn buthom. Jista’ jkun hemm nies li forsi qegħdin kmieni fit-transizzjoni tagħhom, qed iħossu skumdita fil-ġeneru tagħhom u jixtiequ jeċċedu sapport mediku biex jesploraw x’inhuma l-options tagħhom.”

Dr. Bezzina spjegat li f’każ ta’ tfal is-sitwazzjoni hija differenti, u għalkemm is-servizzi għalihom se jingħataw mill-Isptar Mater Dei minflok mill-Imtarfa, huma l-istess professjonisti minn dan it-tim multidixxiplinarju li se joffru s-sapport meħtieġ.

“Hemm regret rate qawwija jiġifieri hemm dawk li jħossuhom mhux komdi fil-ġeneru tagħhom ta’ eta żgħira imma possibilment ibiddlu l-fehma allura aħna nixtiequ li jkollhom is-sapport mediku u psikosoċjali biex jesploraw l-identita tagħhom fil-kumdita tagħhom.”

Hija spjegat kif u min jista’ jaċċessa s-servizzi mogħtija bla ħlas.

“Naċċettaw referrals jew minn tobba u speċjalisti varji, kif ukoll minn psikologi u social workers għax fil-każ ta’ nies transgender ġieli l-psikologi jew social worker huwa l-ewwel punt ta’ kuntatt ta’ dawn in-nies u forsi jħossuhom aktar komdi jiġu rifereturi mingħandhom.”

Dan il-pass seta jsir wara konsultazzjoni pubblika dwar servizzi għal persuni transgender aktar kmieni din is-sena – li nkludiet proposti tal-Ministeru tas-Saħħa, tal-entitajiet konċernati, professjonisti u mill-komunità LGBTIQ.

Issa li s-servizzi jeżistu, Dr. Bezzina appellat biex in-nies jużawhom bil-għan li jiġu mgħejjuna fit-tranżizzjoni tagħhom lejn identità li jħossuhom komdi fiha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend