ARA: Iħawlu tnax-il siġra flok souvenirs għat-tieġ tagħhom – One News

Notifiki

ARA: Iħawlu tnax-il siġra flok souvenirs għat-tieġ tagħhom

L-imħabba ta’ bejniethom fjorixxiet bħalma fjura tiffjorixxi fl-eqqel tar-Rebbiegħa, u xahar qabel ma jgħidu s-signor si, issimbolizzaw il-fjamma li tkebbset bejniethom bit-tħawwil ta’ tnax-il siġra indiġena.

Luke u Bernice ħawlu dawn is-siġar fi ġnien il-Qawsalla fiż-Żejtun.

“Xtaqna nagħmlu xi ħaġa differenti għaż-żwieġ tagħna, inħobbu ħafna l-ambjent it-tnejn li aħna u ġejjin noqogħdu ż-Żejtun u għidna għax ma nagħmlux xi ħaġa għal-lokalitá fejn sejrin noqogħdu u fl-istess ħin tipo nibqgħu niftakruha kemm għalina u kemm għall-komunitá.”

It-tnejn qalu li din id-deċiżjoni kienet xprunata mill-passjoni tagħhom lejn l-ambjent biex tissarraf f’xi ħaġa konkreta.

“Għalxejn toqgħod tgerger imbagħad ma tagħmel xejn attwalment. Għidna aħjar nippruvaw nagħmlu xi ħaġa żgħira, ġest żgħir li forsi li dak li jkun jitħajjar jibda jagħmilha hu.”

B’hekk iddeċidew li jagħmlu xi ħaġa li tissimbolizza imħabbithom fil-lokalità li fiha se jmorru joqogħdu wara li jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ.

“Illum il-ġurnata mhux daqshekk komuni li ħafna koppji jagħmluha. Nixtiequ ninkoraġġixxu iktar nies, dawn il-koppji żgħar speċjalment għax hija xi ħaġa, ġest sabiħ u fl-istess ħin ħa titgawda mal-ambjent u fl-istess ħin għal arja iktar nadifa.”

Dan il-ġest niżel tajjeb mal-ammistrazzjoni tal-Kunsill, bis-Sindku taż-Żejtun tirringrazzja lill-koppja – hekk kif l-inizjattiva kkumplimentat il-proġetti ta’ tisbieħ tal-Kunsill.

“Inħajjar forsi koppji oħrajn illi jkunu se jiżżewġu u jagħmlu bħal din il-koppja li taw donazzjoni ta’ siġar lill-komunitá tagħhom biex inkomplu nsebbħu l-ambjent tagħna u tal-madwar.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend