ARA: Tliet irġiel jinżammu arrestati b’rabta ma’ qabda sigaretti tal-kuntrabandu mid-Dwana – One News

Notifiki

ARA: Tliet irġiel jinżammu arrestati b’rabta ma’ qabda sigaretti tal-kuntrabandu mid-Dwana

Tliet irġiel se jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija wara li tressqu l-Qorti b’rabta mal-każ ta’ 870,000 sigarett tal-kuntrabandu li ddaħħlu Malta fuq dgħajsa minn Sqallija.James Azzopardi ta’ 29 sena minn Ħal Qormi, James Spiteri ta’ 29 sena minn Ħal Qormi, u Redeemer Camilleri mill-Marsa, dehru quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo aktar kmieni llum.

Hawnhekk instema’ kif l-irġiel inqabdu f’vann maħsub biex iwassal is-sigaretti mid-dgħajsa. Rappreżentant mid-Dipartiment tad-Dwana qal li s-sigaretti qed jinżammu f’post sikur fi ħdan id-dipartiment.

It-tliet akkużai wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u talbu għall-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba, speċjalment minħabba reati kriminali oħra li wettaq James Azzopardi. Jidher li dan kien għamel xi żmien il-ħabs fuq akkużi simili.

Il-Qorti caħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li t-tliet irġiel jinżammu arrestati mill-Pulizija.

Ara wkoll:

Il-Pulizija b’qabda ta’ kważi miljun sigarett ieħor tal-kuntrabandu

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend