Xi tfisser din l-elezzjoni għall-era ta’ Trump?

Id-Demokratiċi Amerikani ksibu l-poter mill-ġdid fil-Gvern Federali tal-Istati Uniti. Dan ifisser li l-era ta’ tmexxija esklussiva ta’ Donald Trump u r-Repubblikani, intemmet.

Din qed tkun deskritta bħala ‘daqqa ta’ ħarta’ għall-President Trump, hekk kif fid-dawl ta’ dan ir-riżultat se jkun restritt milli jimplimenta l-istrateġija tiegħu fil-Kungress.

Il-vot tat-Tlieta mill-poplu Amerikan qed jitqies bħala referendum kontra Trump, minkejja li għad fadal sentejn oħra għall-elezzjoni Presidenzjali.

Intant, ir-rieda tal-poplu Amerikan kienet analizzata fid-dettal dalgħodu fuq ONE Breakfast ma’ Mark A. Schapiro, Chargé d’Affaires fl-Ambaxxata Amerikana f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend