Notifiki

President ġdid għall-Kamra tal-Avukati

Il-Kamra ta’ l-Avukati ħabbret il-ħatra ta’ Dr Louis de Gabriele, partner ta’ Camilleri Preziosi Advocates, bħala l-President il-ġdid tal-Kamra ta’ l-Avukati.

Il-ħatra ta’ Dr de Gabriele waslet wara li Dr George Hyzler irriżenja minn President tal-Kamra ta’ l-Avukati sabiex ikun jista’ jieħu l-kariga l-ġdida tiegħu bħala l-ewwel Kummissarju Parlamentari għall-iStandards.

Il-Kamra, sellmet u rringrazzjat lil Dr Hyzler għat-tmexxija tiegħu u għall-impenn personali li dejjem wera’ lejn il-Kamra sa mill-ħatra tiegħu fl-2015 u awguratlu kull suċċess fil-kariga l-ġdida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend