Brian Spiteri jirreżenja minn kowċ ta’ Qormi FC – One News

Notifiki

Brian Spiteri jirreżenja minn kowċ ta’ Qormi FC

ONE Sport jista’ jiżvela li wara laqgħa twila li saret ilbieraħ filgħaxija l-kumitat ta’ Qormi FC aċċetta r-riżenja tal-kowċ Brian Spiteri.  Qormi jinsabu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika b’4 punti flimkien ma’ Pieta H hekk kif kisbu rebħa fl-ewwel ħarġa tagħhom kontra Senglea A u draw kontra Pieta.

Il-yellows ilhom ma jiġbru punt mill-15 ta’ Settembru.

Sorsi viċin din il-paġna ikkonfermaw magħna li minkejja li kienet diffiċli li taċċetta r-riżenja wara li kien l-istess kowċ li wasal it-tim għal promozzjoni matul l-istaġun li għadda, għall-ġid tat-tim il-kumitat ħass li kienet l-aħjar għażla fiċ-ċirkostanzi.

Huwa mifhum li t-tmexxija ta’ Qormi ser tibda bil-ħidma tagħha biex jinstab sostitut għal Spiteri fis-sigħat li ġejjin.

L-impenn li jmiss għal Qormi jkun nhar is-sibt li ġej kontra Sliema Wanderers.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend