ARA: Baġit b’€5 miljun iżjed u aktar skemi għas-settur tal-Housing – One News

Notifiki

ARA: Baġit b’€5 miljun iżjed u aktar skemi għas-settur tal-Housing

F’konferenza tal-aħbarijiet oħra bit-tema ‘Malta : Ngħixu s-Suċċess’ is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes elenka d-diversi miżuri tal-baġit fir-rigward tal-housing.

Huwa qal kif apparti ż-żieda ta’ kważi €5 miljun fl-allokazzjoni tal-housing, dan il-baġit ra l-introduzzjoni ta’ diversi miżuri u skemi oħra mmirati li jgħinu lil dawk li ġenwinament għandhom bżonn l-għajnuna u li b’kollox fuq il-lista ta’ stennija hemm 3,200 persuna.

Min-naħa tiegħu l-kap eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid Mc Kay qal kif bħalissa għaddej proċess ta’ ‘profiling’ għal dawn in-nies sabiex tiġi stabbilita l-urġenza u l-prijoritajiet tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend