Titfakkar il-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali fl-MCAST – One News

Notifiki

Titfakkar il-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali fl-MCAST

Ġewwa l-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST ġew organizzati numru ta’ attivitijatiet li jagħmlu parti mill-ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali ta’ din is-sena. Din il-ġimgħa ssir bil-għan li tinkoraġġixxi lill-Istudenti ta’ kull età biex jagħżlu l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali matul it-tagħlim akkademiku tagħhom.

F’attività minnhom li hija parti min din il-ġimgħa, li saret it-Tnejn li għadda, numru ta’ guidance teachers li jaħdmu fi skejjel sekondarji attendaw fil-kampus ta’ Raħal Ġdid fejn raw mill-viċin ix-xogħol li jseħħ fl-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET). Permezz ta’ din l-attività, l-għalliema huma infurmati aktar u jkunu f’pożizzjoni aħjar biex jgħinnu lill-istudenti li jixtiequ jkomplu l-istudju tagħhom permezz ta’ dawn il-ħiliet.

F’din l-attività, dawk preżenti ġew indirizzati mill-Prinċipal għall-MCAST, Prof James Calleja, fejn saħaq li l-MCAST hija t-triq li twassal lill-istudenti għall-impjieg tagħhom u kif dawn is-suġġetti vokazzjonali jgħinu lill-istudenti biex jakkwistaw il-ħiliet li huma meħtieġa għax-xogħol fl-industrija.

Elaine Pavia, li nħatret bħala bħala l-Ambaxxatriċi Maltija għall-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonal, tkelmet ukoll mal-għalliema fejn spejgat kif l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għenitha tiżviluppa l-karriera professjonali tagħha. Pavia li llum tmexxi Dar Merbħa Bik, xelter għan-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza domestika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend