L-istaġun Autocross jiftaħ nhar il-Ħadd – One News

Notifiki

L-istaġun Autocross jiftaħ nhar il-Ħadd

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Novembru l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tiftaħ l-istaġun tal-Karozzi bl-ewwel attività Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali Pasta Poiatti 2018/2019. L-attivtajiet kollha bil-Karozzi isiru fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali bl-ewwel tiġrija tibda 12.00pm.

Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparament biex il-korsa tal-karozzi tkun lesta mill-manutenzjoni li l-korsa jkollha bzonn ta’ kull sena.

Intant il-Ħadd li għadda infetaħ l-istaġun tal-Muturi mill-Kampjonat Nazzjonali Trials 2018/2019. L-ewwel attivita Trials saret fil-Barriera tal-Fawwara. Matul din l-ewwel attività fi Klassi A rajna lil Rowen Bonello fuq mutur Beta u Antonio Leonardi fuq mutur Gas Gas kellhom bidu tajjeb ħafna segwiti min Damon Bonello fuq mutur TRS. Is-sitwazzjoni f’din il-klassi inbidlet wara it-tieni sezzjoni fejn Bonello irnexxilu jagħmel is-sezzjonijiet numru tlieta, erba uħamsa ‘Clean’u ir-rizultat finali inbidel. Damon Bonello rebaħ l-ewwel attivita b’16 il-punt ta penalita fuq Leonardi b’21 punt fil-waqt li Rowen Bonello kellu jikkuntenta bit-tielet post b’31 punt ta penalita.

Fi Klassi B li jaqghu fija l-kompetitur li ġejjin mill-Akkademja Maltija tat-Trials rajna bidu tajjeb min Julian Scicluna fuq mutur Oset u Issac Scicluna fuq mutur Gas Gas. Dawn iz-zewġ riders baqgħu pari tul l-ewwel erba sezzjonijiet b’Julian jispiċċa jitlef ftit waqt l-aħħar zewġ sezzjonijiet. B’hekk Issac spiċċa rebaħ il-klassi segwit min Julian. Fit-tielet post spiċċa Dion Micallef fuq mutur Beta.

Rittratt: Mario Micallef

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend