L-aħwa Degiorgio jingħataw il-ħelsien mill-arrest b’rabta mal-każ tal-ħasil tal-flus

L-aħwa Alfred u George Degiorgio ngħataw il-ħelsien mill-arrest b’rabta mal-akkużi ta’ ħasil ta’ flus. Huwa se jibqgħu arrestati b’rabta mal-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud qalet li m’għandhiex aċċess għall-proċeduri li jinsabu għaddejjin quddiem qorti oħra b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia.  Qalet li hija taf biss dwarhom minn rapporti ppubblikati fil-midja. Għalhekk, sostniet li ma tistax tibbaża l-ġudizzju tagħha fuq dawn ir-rapporti. Dan filwaqt li ċċarat li dan il-każ huwa differenti mill-proċeduri l-oħra li hemm għaddejja f’Qorti oħra, u li d-deċiżjoni ta’ din il-Qorti bl-ebda mod ma tiddetermina deċiżjonijiet oħra li jittieħdu minn Qrati differenti.

L-aħwa ngħataw il-ħelsien mill-arrest b’għadd ta’ kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ €20,000 u garanzija personali ta’ €30,000 kull wieħed. Huma jridu jiffirmaw l-għassa kuljum, ma joħorġux bejn it-8.00 p.m. u s-07.00 a.m., u li ma jagħmlux kuntatt max-xhieda bl-ebda mod.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend