Notifiki

Joshua Ellul innominat bħala l-ewwel Chairman tal-MDIA

Dr Joshua Ellul ġie nnominat bħala l-ewwel Chairman tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali, l-MDIA, li se tkun qed tirregola s-settur tal-blockchain. Il-Gvern, permezz tas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, inkluda lill-istess awtorità fil-lista ta’ dawk li jridu jiġu skrutinizzati quddiem il-Kumitat Parlamentari. 

L-iskrutinju ta’ Chairmen ta’ awtoritajiet regolatorji, u nies li għandhom karigi eżekuttivi, hija liġi li daħħal dan il-gvern. Dr Ellul huwa d-Direttur tas-Centre for Distributed Ledger Technologies, u huwa wkoll lettur fl-Università ta’ Malta.

Ħadem fuq proġetti ta’ riċerka u żvilupp fl-IBM Research Zurich u l-Imperial College London.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend