Jibda l-kampjonat Motocross f’Għawdex – One News

Notifiki

Jibda l-kampjonat Motocross f’Għawdex

Il-Gozo Motorcross Association organizzat l-ewwel rawnd mill-Yamaha Gozo Motocross Championship 2019 bil-parteċipazzjoni ta’ sewwieqa Għawdxin flimkien ma oħrajn Maltin. 

It-tlielaq kienu kompettittivi hekk kif rajna kompetituri ta’ kalibru kbir jissieltu għall-ewwel tliet postijiet. Il-kompetizzjonijiet bdew fis-13;00, b’numru kbir ta’ spettaturi li għażlu li jqattgħu l-ħin tagħhom f’ Ta’ Xħajma jissapportjaw lil dawn is-sewwieqa u dan l-isport tant maħbub.

Diversi sewwieqa ġodda ingħaqdu ma’ l-assoċċjazzjoni u minħabba f’hekk l-għaqda ddeċidiet li żżid klassi oħra mat-tlieta tas-soltu. Fi klassi D rajna 3 sewwieqa ġodda li t-tlieta li huma ġabu riżultati tajbin ħafna fil-kompetizzjonijiet. David Mercieca akkwista punti massimi f’din ir-rawnd filwaqt li kien segwit minn Isaac Bartolo, ġuvni ta’ 15 il sena, fuq il-mutur Yamaha YZ 125cc. It-tielet post intrebaħ minn Eric Cardona segwit mill-qrib minn Steve Cassar u Mark Camilleri rispettivament.

Fi klassi C kellna lil Jorn Stellini li ħareġ b’saħħa kbira u akkwista wkoll punti massimi. Warajh daħal is-sewwieq Malti William Sant fuq Honda CR 250cc. Fit-tielet post Matthew Spiteri, rebbieħ tal-kampjonat 2018 fi klassi C, akkwista 41 punt. Sadanittant fil-kategorija B, Keith Bugeja daħal fit-tielet post. Fit-tieni post daħal Robert Spiteri filwaqt li din il-klassi ġiet mirbuħa minn Glenn Vella ukoll b’punti massimi. Intant Klassi A giet mirbuħa minn David Camilleri. Warajh daħal ic-‘champion’ kurrenti Steve Xuereb, segwit minn Nataniel Camilleri li wkoll kien rebbieħ overall fi klassi B tal-2018.

Fl-aħħar tal-ġurnata il-president Frank Xuereb qassam trofej lis-sewwieqa rebbieħa bl-appoġġ ukoll ta’ J&D Cycles. Gozo Motocross Association javża li t-tieni rawnd ta’ dan il-kampjonat issir nhar il-Ħadd 18 ta’ Novembru 2018.

Il-GMA tħabbar li nhar il Ħadd li ġej, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill tal-Munxar, il-Gozo Sports Board u l-Ministeru għal Ghawdex se jorganizzaw MotoTrials fil-Pjazza tal-Munxar. L-attività tikkonsisti f’kompetizzjonijiet bil-muturi Trials minn sewwieqa professjonali Maltin, kif ukoll wirjiet minn tfal bl-istess muturi żgħar tagħhom. L-attività tibda mill-10:00 sal-16:00.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend