X’jiġri jekk il-ġenituri jħallu lil uliedhom waħedhom id-dar waqt il-ħin tax-xogħol? – One News

Notifiki

X’jiġri jekk il-ġenituri jħallu lil uliedhom waħedhom id-dar waqt il-ħin tax-xogħol?

X’jiġri meta jidħol rapport li hemm tfal jitħalllew waħedhom waqt li l-ġenituri qegħdin ix-xogħol?

Il-Ministru Michael Falzon spjega fil-Parlament kif dawn huma każijiet rari ħafna, hekk kif Gvern Laburista nieda għall-ewwel darba s-servizz ta’ ħarsien tat-tfal b’xejn, kif ukoll ċentri mmexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi għal wara l-ħin tal-iskola. 

Il-Ministru Falzon spjega kif f’każijiet rari fejn sitazzjonijiet bħal dawn jasslu għand l-Aġenzija Appoġġ, u minn hemmhekk, issir ħidma biex il-ġenituri jedukaw rwieħhom dwar is-servizzi disponibbli għalihom.

Jekk jirriżulta li l-familja in kwistjoni tkun għaddejja minn xi diffikultà, din tingħata l-attenzjoni meħtieġa mill-ħaddiema tas-servizzi fil-komunità.

Il-Ministru rrefera wkoll għas-servizz ta’ Child Protection Investigation. Dan is-servizz isegwi lill-familji għall-perjodu ta’ 30 sa 60 ġurnata, sabiex jiddetermina l-ħtieġa ta’ intervent għall-protezzjoni tal-minuri in-kwistjoni.

Fil-preżent, it-taqsimiet taċ-Child Protection Investigation u Child Protection Monitoring ġew re-integrati flimkien. Din id-deċiżjoni saret sabiex jiġu kkonsolidati r-riżorsi tas-Servizzi sabiex jintlaħaq livell ta’ effiċjenza u jingħata servizz ta’ kwalita` aħjar.

F’dan l-istadju, s-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal għandu r-responsabbiltà li jinvestiga kull allegazzjoni jew rapport ta’ abbuż fuq minuri, f’Malta jew f’Għawdex. Wara l-investigazzjonijiet preliminari, l-ħaddiema soċjali jiddeterminaw il-pjan ta’ azzjoni li jista’ jiffoka fuq sapport lill-familja jew f’każijiet estremi, saħansitra jaħdmu sabiex il-minuri jitneħħew mill-familja materna.

Il-Ministru Falzon temm jispjega kif bħalissa, dan is-servizz qed jingħata minn Service Manager, 2 Leaders, 5 Koordinaturi, u 20 social worker.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend