Sebat irġiel jinstabu ħatja ta’ abbuż sesswali fuq tfal fl-Ingilterra – One News

Notifiki

Sebat irġiel jinstabu ħatja ta’ abbuż sesswali fuq tfal fl-Ingilterra

Sebat irġiel instabu ħatja ta’ abbuż sesswali fuq tfal fl-akbar kawża sa issa fit-Tramuntana tal-Ingilterra.

Fil-Qorti, fost oħrajn instema’ kif vittma minnhom kienet imqassma bejn 100 raġel li kellu x’jaqsam magħha sesswalment sa ma kellha 16-il sena. Vittma oħra kienet ħarġet tqila u kellha tagħmel abort. 

Sa issa, aktar minn 1,500 vittma ġew identifikati f’dan il-każ. Dan huwa l-ewwel każ maġġuri li qed ikun investigat mill-Aġenzija Nazzjonali kontra l-kriminalità fl-Ingilterra, u nfetħet inkjesta dwar l-isfruttament sesswali tat-tfal f’dawn l-inħawi.

Sebat irġiel diġà nstabu ħatja ta’ diversi akkużi ta’ abbuż sesswali, filwaqt li oħrajn qed jiġu mfittxija mill-Pulizija.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend