“Diskors ta’ politiku maqtugħ mir-realtà li jipprova jbeżża’” – il-PL – One News

Notifiki

“Diskors ta’ politiku maqtugħ mir-realtà li jipprova jbeżża’” – il-PL

Id-diskors tal- Kap tal-Oppożizzjoni hu diskors ta’ politiku maqtugħ mir-realtà li jipprova jbeżża’ mill-progress u li m’għandux fiduċja f’pajjiżu u n-nies tiegħu.

Kienet din ir-reazzjoni tal-Partit Laburista għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-Parlament. Fi stqarrija l-PL spjega kif jekk pajjiżna jieħu l-attitudni ta’ Adrian Delia jispiċċa jmur lura u mhux ‘il quddiem. Minkejja d-diskors negattiv ta’ Adrian Delia l-Maltin jafu li llum qed jgħixu aħjar minn sitt snin ilu. Jafu wkoll li jekk jieħdu l-pariri ta’ Adrian Delia llejla jmorru lura u mhux ‘il quddiem.

L-istqarrija tgħid kif il-baġit għas-sena d-dieħla huwa mimli b’miżuri biex il-Maltin ikomplu jgħixu s-suċċess li Delia ma kienx kapaċi janalizza b’mod oġġettiv f’analiżi ekonomika mill-iktar fjakka. Kien ukoll diskors ta’ politiku tal-lemin.

Il-PL temm jgħid li fuq kollox illum kien ikkonfermat li l-poplu jaf li ma’ dan il-gvern jibqa’ jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu, iżda ma’ Delia jista’ biss imur lura għal żmien meta dan il-pajjiż kien jiddiskuti l-piżijiet u mhux il-benefiċċji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend