Eluf jattendu għall-festival taċ-ċikkulata fil-Ħamrun – One News

Notifiki

Eluf jattendu għall-festival taċ-ċikkulata fil-Ħamrun

 Edizzjoni suċċess b’attendenza rekord. Hekk ġiet deskritta l-għaxar edizzjoni tal-festival taċ-ċikkulata fil-Ħamrun li għaliha attendew eluf ta’ persuni.

Għal dis-sena t-tema kienet din ta’ The Beauty and the Beast, fil-fatt spikkaw ix-xeni relatati ma’ din l-istorja.

 

Attrazzjoni partikolari li zgur baqgħet fuq fomm ħafna hija dik magħmula minn madwar 200kg ċikkulata.

Kull min attenda għal dan il-festival seta’ jgawdi wkoll mhux biss minn diversi stands taċ-ċikkulata izda wkoll mit-talent ta’ bosta artisti li wettqu pitturi u tattoos biċ-ċikkulata.

Preżenti kien hemm ukoll numru ta’ baned kif ukoll diversi kantanti li offrew spettaklu lil kull min attenda.

F’kummenti ma’ One News, is-Sindku tal-Ħamrun, Christian Sammut, stqarr li sena wara sena dan l-avveniment qed ikompli jiġbed aktar nies lejh u din is-sena kienet rekord.

Huwa temm jesprimi sodisfazzjon tiegħu lejn kull min attenda u wera apprezzament lejn il-ħiliet tal-parteċipanti involuti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend