Anzjan ferut gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra – One News

Anzjan ferut gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra

Anzjan ta’ 78 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:15 illum fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa, meta għal xi raġuni, l-anzjan, residenti l-Mellieħa, tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Toyota Hilux u baqa’ dieħel ġo siġra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei biex jieħu lil-anzjan għal aktar kura.

Aktar tard kien ikkonfermat li dan qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-inċident għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend