Notifiki

Żieda ta’ 36 karozza kuljum bejn Lulju u Settembru

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena kienu rreġistrati total ta’ 382,604 vettura fit-toroq Maltin. Żieda ta’ 3.6% meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena li għaddiet.

Dan ifisser li bejn Lulju u Settembru żdiedu medja ta’ 36 vettura kuljum.

F’rapport ippublikat mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, ċifri wrew li minn dan,  78% tal-karozzi kienu karozzi tal-passiġġiera, filwaqt li 13.6% kienu vetturi kummerċjali.

Il-muturi f’Malta jammontaw għal 7.3% filwaqt li karozzi tal-linja u vannijiet jammontaw għal inqas minn 1%.

Bejn Lulju u Settembru ġew irreġistrati ukoll 6,488 vettura ġdida.

4,632 jew 71.4%  ta’ dawn kienu karozzi u 14.8% fil-mija kienu muturi li jammontaw għal totall ta’ 958 mutur ġdid.

Żdiedu wkoll il-karozzi elettriċi u hybrid hekk kif telgħu għal 1,917. Żieda ta 17.2% meta mqabbel mal-istess kwart tal-2017.

Dan filwaqt li 60.2% tal-vetturi kollha fil-pajjiż jagħmlu użu minn magna petrol filwaqt li 38.9% jużaw magna diesel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend