Rapport dinji jiddeskrivi lil Malta bħala ġurisdizzjoni stabbli – One News

Notifiki

Rapport dinji jiddeskrivi lil Malta bħala ġurisdizzjoni stabbli

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne qal li biex inkunu l-aqwa fl-Ewropa jew fid-dinja, irridu nattiraw l-aqwa nies b’talent lejn pajjiżna. Qal ukoll li Malta trid tkun ċentru ta’ eċċellenza.

Hawn tkellem dwar l-iskola medika ta’ Barts li fiha se jgħallmu l-aqwa professjonisti sabiex minnha joħorġu l-aqwa studenti mediċi.

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li riċenti, il-World Bank Report iddeskriva lil Malta bħala ġurisdizzjoni stabbli. Il-Ministru Cardona tkellem ukoll dwar is-survey tal-EY, fejn kumpaniji qegħdin jespandu għal iktar minn darba f’6 snin. Din hija turija ċara li l-kumpaniji  għandhom fiduċja f’pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri qal li dan il-Gvern qiegħed jimxi mal-iżvilupp fit-teknoloġija bħal fil-qasam tal-cryptocurrency u l-blockchain. Qal li l-Gvern huwa konxju tal-isfidi f’dawn is-setturi, u għaldaqstant, pajjiżna għandu l-aqwa qafas regolatorju tal-blockchain biex jiġu protetti l-konsumaturi. Huwa elenka wkoll li baġit li tħabbar jumejn ilu bagħat messaġġ ċar meta daħħal liġijiet li se jagħtu ċertezza legali għall-operaturi fil-qasam tal-blockchain mingħajr ma joħnoq l-innovazzjoni. Dan kien pass li ta l-possibiltà lill-Gvern biex jesplora kif il-blockchain tista’ tintuża fis-settur pubbliku, jew fis-saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend