Notifiki

Twissija: tiekolx laħam tal-ħaruf mhux imsajjar sew

Għalkemm is-salmonella hija marbuta l-aktar ma’ tiġieġ jew bajd mhux imsajjar sew, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Istandards fl-Ikel, l-FSA, ħarġet twissija ġdida biex il-pubbliku joqgħod attent meta jiekol laħam tal-ħaruf li ma jkunx imsajjar sew. 

Jidher li minn Ġunju sa issa, madwar 165 persuna fl-Ewropa mardu b’tip ta’ salmonella, magħrufa bħala salmonella typhimurium, li tinstab biss fil-laħam tal-ħaruf.

L-FSA qed twissi lill-pubbliku biex, b’mod partikolari, il-kapuljat magħmul mill-laħam tal-ħaruf ikun imsajjar sew. Dan hekk kif il-bacteria li jgħixu fil-musrana tal-ħaruf jista’ jkun ta’ dannu għall-bniedem.

Il-virus li jikkawża din it-tip ta’ salmonella jittieħed faċilment bejn bniedem u ieħor, iżda dan jista’ jkun ikkontrollat billi wieħed jaħsel idejh qabel isajjar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend