Jinqatlu fuq il-linji tal-ferrovija għax intilfu jaraw in-nar tal-ajru – One News

Notifiki

Jinqatlu fuq il-linji tal-ferrovija għax intilfu jaraw in-nar tal-ajru

Iktar minn 60 persuna nqatlu u 100 oħra weġġgħu wara li ntlaqtu minn ferrovija viċin Amritsar fl-istat Indjan ta’ Punjab.

Il-vittmi kienu fuq il-linji tal-ferrovija waqt li kienu qed isegwu ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Dusshera, festival tal-Indu li jimmarka r-rebħ tat-tajjeb fuq il-ħażin.

Huma ma semgħux lill-ferrovija riesqa hekk kif kienu qed jaraw nar tal-ajru li fforma r-re tad-dimonji Ravana jinħaraq.

Qed jintqal li fost il-mejta hemm ukoll tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend